Wir verwenden Cookies, um die Benutzerfreundlichkeit dieser Webseite zu erhöhen (mehr Informationen).

Prof. Dr. Werner Gitt

Kif nista nidhol il-Genna?

Die grundlegende Frage, die suchende Menschen sich stellen, wird hier von Prof. Dr. Werner Gitt beantwortet. "Wie findet man den Himmel?" Auf jeden Fall nicht durch eigene Anstrengungen oder Konzepte. "Was aber bringt uns wirklich in den Himmel?" Gott hat die Einladungen für den Himmel schon verteilt wie im Gleichnis des Menschen, der zu einem großen Fest Einladungen verschickte. Doch viele Menschen redeten sich heraus.

Prof. Dr. Gitt ruft dazu auf, nicht so "kurzsichtig" wie diese Leute zu sein. Jesus will uns vor der Hölle erretten und diese wird kein Vergleich zu der sogenannten "Hölle von Auschwitz" sein. Er hat am Kreuz für unsere Schuld bezahlt, wir müssen diese Einladung nur annehmen, dann ist ein Platz im Himmel "gebucht". Ein Entscheidungsgebet soll den Lesern dabei helfen.

Dieses Traktat eignet sich besonders gut zur Weitergabe an suchende Menschen!

8 Seiten, Best.-Nr. 120-44, Kosten- und Verteilhinweise | Eindruck einer Kontaktadresse



 Kif nista nidhol il-Genna?

Hafna nies jippruvaw ma jahsbux fuq l’eternita’. Anke dawk li jahsbu fuq il-mewt jippruvaw ma jahsbux fuq dak li ser jigri wara. Meta kienet ghadha tifla zghira, l-attrici Amerikana Drew Barrymore kellha rwol principali fil-film E.T. Fl-eta’ ta 28 sena qalet “Li kieku kelli mmut qabel il-qattusa tieghi, nixtieq li l-irmied tieghi tikolhom il-qattusa. Ghallanqas hekk jiena nibqa nghix gewwa l-qattusa. Din it-tip ta injoranza u mohh maghluq mhux tal-biza?

Meta Gesu kien haj, hafna nies gew ghandu. Il-problemi taghhom ta’ spiss kellhom x’jaqsmu mal-prezent.

  • Ghaxar lebbruzi riedu jfiequ (Luqa 17:13).
  • L-ghomja riedu jibdew jaraw (Mattew 9:27).
  • Xi hadd iehor ried l-ghajnuna ta’ Gesu fuq xi glied ta’ wirt (Luqa 12:13-14).
  • Il-Farizej gew bil-mistoqsija ta’ jekk ghandhomx ihallsu t-taxxi lil Cesare (Mattew 22:17).

Ftit nies gew biex jisimghu x’kellu jghid Gesu fuq kif wiehed jista’ jidhol il-genna. Wiehed mexxej zghir u sinjur gie u staqsa “Ghalliem, x’ghandi naghmel sabiex niret il-hajja eterna?” (Luqa 18:18). Gesu qallu biex ibigh dak kollu li ghandu ghal qalbu u jimxi warajh. Peress li kien sinjur hafna m’ghamilx kif qallu Gesu u b’hekk tilef l-opportunita’ ta’ hajja eterna. Mill-banda l-ohra, kien hemm nies li ma kienux qed ifittxu il-genna izda meta semghu, hatfu l-opportunita’.

Zakkew tassew xtaq li jara lil Gesu. Missu aktar milli haseb. Gesu mar ghandu d-dar, u waqt li kienu qed jixorbu t-te, Gesu qal “Illum f’din id-dar dahlet is-salvazzjoni” (Luqa 19:9).

Kif nista’ nsib il-Genna?

Minn dak li diga’ rajna, nistghu naraw li:

  • Il-genna tinstaghab f’hin partikolari. Dan huwa tajjeb, ghaliex int ukoll, ghaziz qarrej, tista’ ssib il-genna llum stess.
  • Ma tistax issib il-genna billi taghmel atti tajbin
  • Wiehed jista jikseb il-genna minghajr ebda preparazzjoni.

L-ideat taghna ta’ kif nidhlu il-genna huma kollha hziena jekk mhumiex ibbazati fuq dak li qal Alla. Kien hemm kantant li darba kanta diska fuq klawn li kien se jirtira mic-cirku wara snin twal. Id-diska tghid “Zgur li jmur il-genna. Ferrah daqstant nies”. Mara sinjura bniet dar fejn setghu jghixu 20 mara fqira minghajr hlas. Kien hemm kundizzjoni wahda biss: in-nisa kellhom iweghdu li jitolbu ghas-salvazzjoni ta’ ruh il-mara ghal siegha kuljum.

Imma sewwa sew kif nidhlu il-genna? Gesu qal parabbola biex jispjega. Fil-vangelu ta’ Luqa (Kap 14:V16) kien hemm ragel li kien qed jipprepara festa. Baghat invit imma ir-risposti ma kinux posittivi, kollha bdew igibu skuzi. L-ewwel wiehed qal, “Ghadni kemm xtrajt ghalqa”, iehor qal “Ghadni kemm xtrajt baghal”, iehor qal “Ghadni kemm izzewwigt, ghaldaqstant, ma nistax nigi.” Gesu jtemm il-parabbola bil-kliem “Sewwa sew nghidilkom li l-ebda ragel li kien mistieden ser iduq it-tjubija tal-festa” (Luqa 14:24).

F’din il parabbola naraw fic-car li huwa possibbli li tirbah jew titlef il-genna. Il-haga importanti hi jekk taccetta jew li l-istedina. Jekk meta jasal il-waqt xi nies ma jithallewx jidhlu il-genna, dan ikun ghaliex ma laqghux l-istedina u mhux ghax ma kienux jafu t-triq.

Dawn it-tlieta minn nies fil-parabbola mhumiex ta’ mudell tajjeb ghalina. L-ebda wiehed minnhom ma laqa’ l-istedina. Giet ikkancellata il-festa minhabba f’hekk? Le. Peress li l-mistednin ma laqawx l-istedina, ir-ragel beda jibghat stediniet mad-dinja kollha. Dawn mhumiex stediniet miktubin bid-deheb. Sejha semplici: “Ejja!” U kull min jaccetta merhba bih. X’gara? Hafna nies gew u wara xi hin ir-ragel ra li kien ghad hemm post ghal aktar nies. Qal lill-haddiema tieghu “Ohorgu fit-toroq u dahhlu lin-nies halli d-dar tieghi tkun mimlija”.

Issa nixtieq inhares lejn kif din l-istorja tmiss maghna llum il-gurnata. Ghad hemm post il-genna u Alla qed jghidlek “Ejja u sib post il-genna! Hu decizjoni ghaqlija u sib postok ghall-eternita’. Dan ghamlu llum!”

Il-genna hija sabiha ferm. Ghalhekk Gesu jikkumparaha ma festa. Fl-ewwel ittra lill-Korintin insibu miktub “L-ebda ghajn ma rat, l-ebda widna ma semghat, l-ebda mohh ma jista’ jobsor x’lesta Alla ghal dawk li jhobbuh”. M’hawn xejn fid-dinja li jaghti xeb˙ lill-genna. Il-genna hija prezzjuza u ma nistghux nitilfuha. Gesu iben Alla fethilna bibien il-genna. Kien hu li ghamilha aktar facli ghalina li nidhlu l-genna. Dak li rridu naghmlu ahna huwa li nixtiequ li mmorru il-genna. “

Is-Salvazzjoni minghand Gesu Sidna

Fl-Atti ta’ l-Appostli (2:21) naqraw “Kull min isemmi lil Alla jigi salvat”. Din hija frazi centrali fir-Rabta l-Gdida. Meta Pawlu kien il-habs go Filippi, narawh jghid lill-habsi iehor “Emmen f’Gesu u tkun salvat – inti u ta’ darek” (Atti 16:31). Il-messagg huwa qasir, izda fl-istess hin radikali hafna. Il-habsi kkonverta dik il-lejla stess.

Gesu minn xiex isalvak? Din hija mistoqsija importanti hafna. Isalvana mit-triq li twassal ghal dannazzjoni eterna. Il-Bibbja tghidilna li n-nies ser iqattghu l-eternita jew il-genna jew l-infern. M’hemmx alternattiva. Hames minuti wara li jmutu ma jkunx possibli li xi hadd izomm il-fehma li wara l-mewt ma hemm xejn. Hajtek tigi ggudikata mir-relazzjoni tieghek ma Gesu. Huwa dan li jiddetermina fejn ser tqatta’ l-eternita’.

Meta kont il-Polonja fuq xoghol, zorna il-kampi ta koncentrazzjoni gewwa Auschwitz. Graw affarijiet tal-wahx matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Bejn l-1942 u l-1944 inqatlu u nharqu aktar minn 1.6 miljun persuna, hafna minnhom Lhud. Fil-letteratura ta’ spiss isejhulu “l-infern ta’ Auschwitz”. Din id-deskrizzjoni ghaddiet minn mohhi hekk kif il-gwida ghaddietna mill-kamra tal-gass fejn setghu jinqatlu sa 600 ruh f’salt. Ma nahsibx li nistghu nibdew nimmaginaw kemm kienet kiefra. Imma dan kien infern?

Stajna nidhlu naraw dawn il-kmamar tal-gass ghaliex il-wahx spicca fl-1945. Illum-il gurnata hadd ma jigi ttorturat jew ivvelenat. L-infern ta Auschwitz spicca, izda l-infern li nsibu fil-Bibbja huwa etern.

Fid-dhul tal-muzew rajt pittura ta’ Gesu fuq is-salib. Wiehed mill-prigunieri wera t-tama f’Gesu billi naqqax id-dehra ta Gesu fil-hajt b’musmar. Dan il-prigunier inqatel fil-kamra tal-gass, izda kien gharaf lil Gesu Salvatur. Miet f’post terribli izda kien milqugh sew il-genna. (ez Mattew 7:13; 5:29-30; 18:8). Mhux possibli zzur l-infern – dak huwa post etern.

Il-genna hija eterna wkoll, u huwa l-post li jrid johodna Alla. Ghaldaqstant, halli li tkun mistieden il-genna. Emmen f’Alla u bbukkja post il-genna. Darba wara spijc li ghamilt, giet mara tkellimni. Dehret ftit imhassba. “kif tista’ tibbukkja l-genna? Qisu agenzija ta l-ivvjaggar!” Jien qbilt maghha. “Jekk ma tibbukkjax, ma int ser tasal qatt fejn trid. Jekk trid tmur il-Hawaii, ghandek bzonn biljett”. “Imma trid thallas ghalih il-biljett!” qalet il-mara. “Iva, il-biljett ghall-genna trid thallas ghalih ukoll. Imma tant hu ghali li hadd ma jiflah ihallsu. Dnubietna jwaqqfuna milli mmorru l-genna. Alla ma jistax jaccetta dnub il-genna. Jekk trid toqghod il-genna ghal dejjem m’Alla, jehtieg li tigi hieles mid-dnub. U dan jista’ jaghmlu biss xi hadd li m’ghandux dnub – Gesu. Gesu biss jista jhallaslek biex tidhol il-genna. Dan hallas ghalih fuq is-salib, b’demmu.

X’ghandi naghmel biex nidhol il-genna? Alla stedinna kollha. Hemm hafna postijiet fil-Bibbja fejn nistghu naraw din l-istedina:

  • “Ghamlu mill-ahjar li tistghu biex tidhlu mill-bieb id-dejjaq, ghaliex hafna ser jippruvaw jidhlu u ma jkunux jistghu” (Luqa 13:24).
  • “Isoghbikom, ghax ir-renju tal-genna huwa vicin” (Mattew 4:17).
  • “Idhlu mill-bieb id-dejjaq, ghax wiesgha huwa l-bieb u t-triq ghad distruzzjoni, u hafna jidhlu minnu. Izda dejqa hija t-triq ghal-hajja u ftit biss isibuha” (Mattew 7:13-14).
  • “Hudu l-hajja eterna li qed tinghatalkom”
    (1 Timotju 6:12).
  • “Emmnu f’Gesu iben Alla, u tigu salvati” (Atti 16:31).

Dawn kollha huma stediniet urgenti, u l-urgenza tista tinstema. L-unika haga rragunata hija li naccetta din l-istedina b’xi talba simili ta’ din:

“Gesu, qrajt li bis-sahha tieghek biss nista nidhol il-genna. Irrid inkun mieghek il-genna. Nitolbok tehlisni mill-infern, il-post li jixraqli minhabba dnubieti. Inti li tant thobbni li mitt ghalija fuq is-salib. Inti tara dnubieti kollha, minn mindu kont tifel s’issa. Taf kull haga hazina li ghamilt – l-affarijiet li jiguni f’mohhi issa kif ukoll dawk li ma niftakarx. Inti taqrali qalbi. Qisni ktieb miftuh quddiemek. Hekk kif jien, ma nistax immur il-genna u nkun hdejk. Jisoghbija u nitolbok tahfirli dnubieti. Idhol f’hajti halli nibda mill-gdid. Ghinni nifhem il-kelma tieghek, il-Bibbja. Ghinni nifhmek meta tkellimni, u ghinni nobdik. Irrid nimxi warajk, urini t-triq it-tajba kuljum f’hajti. Nizzik hajr talli smajt it-talba tieghi, talli jien ukoll iben Alla u li xi darba jien ukoll inkun il-genna mieghek. Amen.”

Dr. Werner Gitt
Director and Professor