Wir verwenden Cookies, um die Benutzerfreundlichkeit dieser Webseite zu erhöhen (mehr Informationen).

Maltesisch / Maltese / Malti

Hafna nies jippruvaw ma jahsbux fuq l’eternita’. Anke dawk li jahsbu fuq il-mewt jippruvaw ma jahsbux fuq dak li ser jigri wara. Meta kienet ghadha tifla zghira, l-attrici Amerikana Drew Barrymore kellha rwol principali fil-film E.T. Fl-eta’ ta 28 sena qalet “Li kieku kelli mmut qabel il-qattusa tieghi, nixtieq li l-irmied tieghi tikolhom il-qattusa. Ghallanqas hekk jiena nibqa nghix gewwa l-qattusa. Din it-tip ta injoranza u mohh maghluq mhux tal-biza?

Meta Gesu kien haj, hafna nies gew ghandu. Il-problemi taghhom ta’ spiss kellhom x’jaqsmu mal-prezent.

•    Ghaxar lebbruzi riedu jfiequ (Luqa 17:13).
•    L-ghomja riedu jibdew jaraw (Mattew 9:27).
•    Xi hadd iehor ried l-ghajnuna ta’ Gesu fuq xi glied ta’ wirt (Luqa 12:13-14).
•    Il-Farizej gew bil-mistoqsija ta’ jekk ghandhomx ihallsu t-taxxi lil Cesare (Mattew 22:17).

Ftit nies gew biex jisimghu x’kellu jghid Gesu fuq kif wiehed jista’ jidhol il-genna. Wiehed mexxej zghir u sinjur gie u staqsa “Ghalliem, x’ghandi naghmel sabiex niret il-hajja eterna?” (Luqa 18:18). Gesu qallu biex ibigh dak kollu li ghandu ghal qalbu u jimxi warajh. Peress li kien sinjur hafna m’ghamilx kif qallu Gesu u b’hekk tilef l-opportunita’ ta’ hajja eterna. Mill-banda l-ohra, kien hemm nies li ma kienux qed ifittxu il-genna izda meta semghu, hatfu l-opportunita’.

Zakkew tassew xtaq li jara lil Gesu. Missu aktar milli haseb. Gesu mar ghandu d-dar, u waqt li kienu qed jixorbu t-te, Gesu qal “Illum f’din id-dar dahlet is-salvazzjoni” (Luqa 19:9).

Kif nista’ nsib il-Genna?

Minn dak li diga’ rajna, nistghu naraw li:

•    Il-genna tinstaghab f’hin partikolari. Dan huwa tajjeb, ghaliex int ukoll, ghaziz qarrej, tista’ ssib il-genna llum stess.
•    Ma tistax issib il-genna billi taghmel atti tajbin
•    Wiehed jista jikseb il-genna minghajr ebda preparazzjoni.

L-ideat taghna ta’ kif nidhlu il-genna huma kollha hziena jekk mhumiex ibbazati fuq dak li qal Alla. Kien hemm kantant li darba kanta diska fuq klawn li kien se jirtira mic-cirku wara snin twal. Id-diska tghid “Zgur li jmur il-genna. Ferrah daqstant nies”. Mara sinjura bniet dar fejn setghu jghixu 20 mara fqira minghajr hlas. Kien hemm kundizzjoni wahda biss: in-nisa kellhom iweghdu li jitolbu ghas-salvazzjoni ta’ ruh il-mara ghal siegha kuljum.

Imma sewwa sew kif nidhlu il-genna? Gesu qal parabbola biex jispjega. Fil-vangelu ta’ Luqa (Kap 14:V16) kien hemm ragel li kien qed jipprepara festa. Baghat invit imma ir-risposti ma kinux posittivi, kollha bdew igibu skuzi. L-ewwel wiehed qal, “Ghadni kemm xtrajt ghalqa”, iehor qal “Ghadni kemm xtrajt baghal”, iehor qal “Ghadni kemm izzewwigt, ghaldaqstant, ma nistax nigi.” Gesu jtemm il-parabbola bil-kliem “Sewwa sew nghidilkom li l-ebda ragel li kien mistieden ser iduq it-tjubija tal-festa” (Luqa 14:24).

F’din il parabbola naraw fic-car li huwa possibbli li tirbah jew titlef il-genna. Il-haga importanti hi jekk taccetta jew li l-istedina. Jekk meta jasal il-waqt xi nies ma jithallewx jidhlu il-genna, dan ikun ghaliex ma laqghux l-istedina u mhux ghax ma kienux jafu t-triq.

Dawn it-tlieta minn nies fil-parabbola mhumiex ta’ mudell tajjeb ghalina. L-ebda wiehed minnhom ma laqa’ l-istedina. Giet ikkancellata il-festa minhabba f’hekk? Le. Peress li l-mistednin ma laqawx l-istedina, ir-ragel beda jibghat stediniet mad-dinja kollha. Dawn mhumiex stediniet miktubin bid-deheb. Sejha semplici: “Ejja!” U kull min jaccetta merhba bih. X’gara? Hafna nies gew u wara xi hin ir-ragel ra li kien ghad hemm post ghal aktar nies. Qal lill-haddiema tieghu “Ohorgu fit-toroq u dahhlu lin-nies halli d-dar tieghi tkun mimlija”.

Issa nixtieq inhares lejn kif din l-istorja tmiss maghna llum il-gurnata. Ghad hemm post il-genna u Alla qed jghidlek “Ejja u sib post il-genna! Hu decizjoni ghaqlija u sib postok ghall-eternita’. Dan ghamlu llum!”

Il-genna hija sabiha ferm. Ghalhekk Gesu jikkumparaha ma festa. Fl-ewwel ittra lill-Korintin insibu miktub “L-ebda ghajn ma rat, l-ebda widna ma semghat, l-ebda mohh ma jista’ jobsor x’lesta Alla ghal dawk li jhobbuh”. M’hawn xejn fid-dinja li jaghti xeb˙ lill-genna. Il-genna hija prezzjuza u ma nistghux nitilfuha. Gesu iben Alla fethilna bibien il-genna. Kien hu li ghamilha aktar facli ghalina li nidhlu l-genna. Dak li rridu naghmlu ahna huwa li nixtiequ li mmorru il-genna. “

Is-Salvazzjoni minghand Gesu Sidna

Fl-Atti ta’ l-Appostli (2:21) naqraw “Kull min isemmi lil Alla jigi salvat”. Din hija frazi centrali fir-Rabta l-Gdida. Meta Pawlu kien il-habs go Filippi, narawh jghid lill-habsi iehor “Emmen f’Gesu u tkun salvat – inti u ta’ darek” (Atti 16:31). Il-messagg huwa qasir, izda fl-istess hin radikali hafna. Il-habsi kkonverta dik il-lejla stess.

Gesu minn xiex isalvak? Din hija mistoqsija importanti hafna. Isalvana mit-triq li twassal ghal dannazzjoni eterna. Il-Bibbja tghidilna li n-nies ser iqattghu l-eternita jew il-genna jew l-infern. M’hemmx alternattiva. Hames minuti wara li jmutu ma jkunx possibli li xi hadd izomm il-fehma li wara l-mewt ma hemm xejn. Hajtek tigi ggudikata mir-relazzjoni tieghek ma Gesu. Huwa dan li jiddetermina fejn ser tqatta’ l-eternita’.

Meta kont il-Polonja fuq xoghol, zorna il-kampi ta koncentrazzjoni gewwa Auschwitz. Graw affarijiet tal-wahx matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Bejn l-1942 u l-1944 inqatlu u nharqu aktar minn 1.6 miljun persuna, hafna minnhom Lhud. Fil-letteratura ta’ spiss isejhulu “l-infern ta’ Auschwitz”. Din id-deskrizzjoni ghaddiet minn mohhi hekk kif il-gwida ghaddietna mill-kamra tal-gass fejn setghu jinqatlu sa 600 ruh f’salt. Ma nahsibx li nistghu nibdew nimmaginaw kemm kienet kiefra. Imma dan kien infern?

Stajna nidhlu naraw dawn il-kmamar tal-gass ghaliex il-wahx spicca fl-1945. Illum-il gurnata hadd ma jigi ttorturat jew ivvelenat. L-infern ta Auschwitz spicca, izda l-infern li nsibu fil-Bibbja huwa etern.

Fid-dhul tal-muzew rajt pittura ta’ Gesu fuq is-salib. Wiehed mill-prigunieri wera t-tama f’Gesu billi naqqax id-dehra ta Gesu fil-hajt b’musmar. Dan il-prigunier inqatel fil-kamra tal-gass, izda kien gharaf lil Gesu Salvatur. Miet f’post terribli izda kien milqugh sew il-genna. (ez Mattew 7:13; 5:29-30; 18:8). Mhux possibli zzur l-infern – dak huwa post etern.

Il-genna hija eterna wkoll, u huwa l-post li jrid johodna Alla. Ghaldaqstant, halli li tkun mistieden il-genna. Emmen f’Alla u bbukkja post il-genna. Darba wara spijc li ghamilt, giet mara tkellimni. Dehret ftit imhassba. “kif tista’ tibbukkja l-genna? Qisu agenzija ta l-ivvjaggar!” Jien qbilt maghha. “Jekk ma tibbukkjax, ma int ser tasal qatt fejn trid. Jekk trid tmur il-Hawaii, ghandek bzonn biljett”. “Imma trid thallas ghalih il-biljett!” qalet il-mara. “Iva, il-biljett ghall-genna trid thallas ghalih ukoll. Imma tant hu ghali li hadd ma jiflah ihallsu. Dnubietna jwaqqfuna milli mmorru l-genna. Alla ma jistax jaccetta dnub il-genna. Jekk trid toqghod il-genna ghal dejjem m’Alla, jehtieg li tigi hieles mid-dnub. U dan jista’ jaghmlu biss xi hadd li m’ghandux dnub – Gesu. Gesu biss jista jhallaslek biex tidhol il-genna. Dan hallas ghalih fuq is-salib, b’demmu.

X’ghandi naghmel biex nidhol il-genna? Alla stedinna kollha. Hemm hafna postijiet fil-Bibbja fejn nistghu naraw din l-istedina:

•    “Ghamlu mill-ahjar li tistghu biex tidhlu mill-bieb id-dejjaq, ghaliex hafna ser jippruvaw jidhlu u ma jkunux jistghu” (Luqa 13:24).
•    “Isoghbikom, ghax ir-renju tal-genna huwa vicin” (Mattew 4:17).
•    “Idhlu mill-bieb id-dejjaq, ghax wiesgha huwa l-bieb u t-triq ghad distruzzjoni, u hafna jidhlu minnu. Izda dejqa hija t-triq ghal-hajja u ftit biss isibuha” (Mattew 7:13-14).
•    “Hudu l-hajja eterna li qed tinghatalkom”
(1 Timotju 6:12).
•    “Emmnu f’Gesu iben Alla, u tigu salvati” (Atti 16:31).

Dawn kollha huma stediniet urgenti, u l-urgenza tista tinstema. L-unika haga rragunata hija li naccetta din l-istedina b’xi talba simili ta’ din:

“Gesu, qrajt li bis-sahha tieghek biss nista nidhol il-genna. Irrid inkun mieghek il-genna. Nitolbok tehlisni mill-infern, il-post li jixraqli minhabba dnubieti. Inti li tant thobbni li mitt ghalija fuq is-salib. Inti tara dnubieti kollha, minn mindu kont tifel s’issa. Taf kull haga hazina li ghamilt – l-affarijiet li jiguni f’mohhi issa kif ukoll dawk li ma niftakarx. Inti taqrali qalbi. Qisni ktieb miftuh quddiemek. Hekk kif jien, ma nistax immur il-genna u nkun hdejk. Jisoghbija u nitolbok tahfirli dnubieti. Idhol f’hajti halli nibda mill-gdid. Ghinni nifhem il-kelma tieghek, il-Bibbja. Ghinni nifhmek meta tkellimni, u ghinni nobdik. Irrid nimxi warajk, urini t-triq it-tajba kuljum f’hajti. Nizzik hajr talli smajt it-talba tieghi, talli jien ukoll iben Alla u li xi darba jien ukoll inkun il-genna mieghek. Amen.”

Dr. Werner Gitt
Director and Professor
information scientist